Beda jinstema’ l-każ ta’ BREXIT quddiem l-Ogħla Qorti tar-Renju Unit, li jiddettermina jekk hemmx bżonn li l-Prim Ministru Theresa May titlob l-approvazzjoni tal-membri tal-House of Commons qabel ma tibda l-proċess formali biex toħroġ lill-pajjiżha mill-Unjoni Ewropea.
Huma ħdax l-Imħallfin li se jkunu qed jisimgħu l-appell tal-Gvern kontra d-deċiżjoni tal-Ogħla Qorti li l-Parlament biss għandu l-awtoritá jiskatta Artiklu 50.
Dan is-smigħ mistenni jkun imqassam fuq erbat’ijiem, bil-verdett mistenni li jitħabbar f’Jannar. Id-deċiżjoni tal-Ogħla Qorti se jkollha implikazzjonijiet għall-istrateġija ta’ Theresa May biex toħroġ ir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Iżda wieħed għandu jifhem li l-Qorti ma tistax tiddeċiedi jekk BREXIT iseħħx jew le.
Kienu għadd ta’ ċittadini li ma jaqblux li r-Renju Unit għandu jitlaq mill-unjoni li talbu l-Qorti tiddeċiedi jekk May tistax tapplika l-Artiklu 50, il-mekkaniżmu formali għat-tluq, qabel l-aħħar ta’ Marzu. Dan ifisser li l-Membri Parlamentari Ingliżi se jiddeċiedu meta jiskatta dan il-mekkaniżmu u dan jista’ jwassal għal dewmien jew saħansitra jimblokka l-Brexit kompletament.