Illum Infrastructure Malta bdiet tqiegħed l-ewwel saffi ta’ asfalt fi Triq Bormla (taċ-Ċawsli).
Din it-triq ewlenija bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun kien ilha snin tistenna biex titranġa, wara li ħafna minnha kienet ċediet.
Fix-xhur li għaddew sarulha pedamenti aktar b’saħħithom. It-triq terġa’ tinfetaħ fiż-żewġ direzzjonijiet dalwaqt.
Wara ser jibda x-xogħol biex isir ukoll passaġġ għar-roti u l-mixi, maqtugħ għalih mill-karozzi, għal vjaġġar aktar sikur bejn dawn iż-żewġ lokalitajiet.
Ħabbar dan il-Ministru Ian Borg permezz tal-midja soċjali.