Beda jiltaqa’ s-summit fit-Turkija bejn il-mexxejja minn madwar id-dinja b’osservaturi jsostnu li hemm żewġ punti kruċjali għaliex dan is-summit huwa wieħed importanti. L-ewwel waħda hi l-ħtieġa li tkun riveduta u mtejjba l-istruttura tal-għajnuna umanitarja. Fi kliem iktar sempliċi t-tranżizzjoni minn għajnuna ta’ emerġenza għal għajnuna li toħloq is-soluzzjonijiet.
It-tieni raġuni huwa l-fatt li s-summit qed isir f’Istanbul, it-Turkija. Xi ħaġa b’sinjikat diplomatiku anke fid-dawl li t-Turkija tilqa’ iktar minn żewġ miljuni u seba’ mitt elf refuġjat Sirjan.
Il-laqgħat bdew dalghħodu bil-Prim Ministru Joseph Muscat jirrappreżenta lill-pajjiżna. Qabel dan is-summit is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda nieda konsultazzjoni ma’ 23,000 persuna f’153 pajjiż fuq kwistjonijiet umanitarji.
F’Istanbul mal-mexxejja qed jiltaqgħu wkoll organizazzjonijiet, is-soċjeta ċivili u persuni ġejjin minn postijiet milquta.
Ritratt: DOI