Matul il-Presidenza tal-Kunsill Ewropew pajjiżna se jkollu rwol importanti f’ dik li hija direzzjoni politika tal-Unjoni Ewropea. Bħala parti mill-preparazzjonijiet, pajjiżna qed jidentifika s-setturi li se jingħataw prijorita fil-Presidenza tal-2017.
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Presidenza tal-Kunsill f’pajjiżna, Ian Borg, stqarr li Malta se tkun qed tassigura ħidma mal-pajjiżi Ewropej kollha bl-għan li tiġi mfassla politika li jibbenefikaw minnha ċ-ċittadini.
F’laqgħa mal-core group tal-MEUSAC, is-Segretarju Parlamentari elenka l-oqsma ewlenin tal-programm Nazzjonali għall-Presidenza li jinkludu: l-immigrazzjoni, t-terroriżmu, s-sigurtá, is-settur marittimu, s-suq intern kif ukoll l-inklużjoni soċjali.
Aqra aktar: Laqgħa importanti dwar l-immigrazzjoni f’Malta