Etjopjan beda għaddej ġuri mixli bi traffikar uman.
Hadish Abayu ta’ 58 sena qed jiġi akkużat li f’Settembru tal-2005 ġab Malta 181 immigrant.
Jirriżulta li sena wara dan il-każ kien ħarab minn Malta hekk kif kien fuq il-libertà proviżorja.
Huwa kien reġà ġie arrestat fl-Isvizzera f’Mejju tas-sena l-oħra.
B’rabta ma’ dan il-każ kien intqal li r-raġel kien iżur l-immigranti u jara li jkunu ħallsu tal-vjaġġ qabel ma mbagħad jitilqu minn pajjiżna biex ikomplu bil-vjaġġ tagħhom lejn l-Italja.