Niġerjan ta’ 39 beda għaddej ġuri b’rabta ma’ traffikar tad-droga.
Chukwudi Samuel Onyeabor jinsab mixli li disa’ snin ilu assoċja ruħu ma’ Ferdinand Onovo biex jittraffikaw id-droga kokaina.
L-allegat ftehim dwar id-droga sar biswit il-Luxol Grounds u minn Tripli waslu xi nies b’ħames kilogrammi u nofs droga.
Huma kienu kkoperaw bi sħiħ mal-pulizija u kixfu min kellu jirċievi d-droga.
Onovo kien ammetta flok għadda ġuri u weħel għaxar snin ħabs u ġie ordnat iħallas multa ta’ ħamsa u għoxrin elf ewro.&&