Il-Ħamis ingħata bidu għal edizzjoni oħra tat-Turnament Internazzjonali tal-Badminton. Dan it-turnament qed isir fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera u jibqa’ għaddej sa nhar il-Ħadd 7 ta’ April. F’din l-edizzjoni qed jieħdu sehem 210 plejer minn 35 pajjiż.
Is-selezzjoni Maltija immexxija mill-kowc nazzjonali Matthew Haynes u magħżula skont ir-ranking dinji huma Sam Cassar, Matthew Abela, Mark Abela, Nigel Degaetano u Samuel Cali flimkien ma’ Francesca Clark, Elenia Haber , Martina Clark, Anne Marie Bezzina u Lauren Azzopardi.
Fil-programm hemm ħames kategoriji – singles, irgiel u nisa, doubles irġiel u nisa kif wkoll mixed doubles.
L-aħħar edizzjoni tat-Turnament internazzjonali kienet fl-2022 meta dakinhar kien ġie organizzat wara nuqqas bejn l-1993 u l-2021 .


