Il-lords Ingliżi bdew id-dibattitu dwar l-abbozz li jwitti t-triq għall-bidu tal-Brexit.
Il-membri parlamentari diġà appoġġjaw il-liġi proposta li tawtorizza lil Theresa May biex tinforma lill-Unjoni Ewropea bl-intenzjoni tar-Renju Unit biex jitlaq mill-Unjoni Ewropea.
Il-Gvern iżda m’għandux il-maġġoranza tal-‘House of Lords’ fejn rekord ta’ 190 lords mistennija jitkellmu.
Il-lords tal-oppożizzjoni qed ifittxu garanziji dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea fir-Renju Unit u tal-irwol tal-parlament biex jiskritunizza l-proċess.
Intant, Theresa May qalet li trid tinvoka l-Artikolu ħamsin tat-Trattat ta’ Lisbona sal-aħħar ta’ Marzu.