Tliet kunsill lokali bbenfikaw minn skema tal-Gvern għall-manutenzjoni u s-sostenn ta’ proġetti infrastrutturali maġġuri li twettqu mill-gvern Ċentrali. Il-kunsilli huma dawk tal-Ħamrun, tal-Mellieħa, u ta’ Għajniselem.
B’kollox, għal din l-iskema nħarġu mal-mija tlieta u għoxrin elf ewro.
Permezz ta’ dawn il-fondi l-kunsill lokali tal-Ħamrun se jżid l-aċċessibilità f’pont fil-Ħamrun, il-kunsill lokali tal-Mellieħa se jirrestawra binja fil-Park tal-Familja, filwaqt li l-kunsill lokali ta’ Għajnsielem se jirranġa latrina pubblika.
Dwar dan tkellimna mad-Direttur għall-Istrateġija u l-Implimentazzjoni tal-Politika fil-Gvern Lokali, Marisa Pisani.
Pisani qal, “Ta’ din id-darba kienet ristretta mill-2011 lil hawn. Jiġifieri, kull proġett li jkun għamel il-Gvern Ċentrali mill-2011 lil hawn il-kunsill lokali jkun jista’ japplika għall-manutenzjoni u s-sostenn tiegħu.”
Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli ħabbret li għal din is-sena ġew allokati tlett mitt elf ewro għall-ħruġ mill-ġdid ta’ din l-iskema.
Is-Segretarju Parlamentari Civelli esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-ħruġ ta’ dawn il-fondi biex, mingħajr piżijiet żejda, il-kunsilli lokali jkomplu jmantnu l-proġetti li saru fil-lokalitajiet tagħhom.
Civelli stqarret, “Permezz ta’ skemi bħal dawn il-Gvern Ċentrali jkompli jgħin u jagħti s-saħħa lill-kunsilli lokali tagħna, li jagħmlu ħafna għar-residenti u għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin.”