Għall-ħabta tal-23:30 tat-Tnejn filgħaxija, seħħet serqa fi triq ir-Rebħa, l-Gżira.
Minn stħarriġ li sar mill-pulizija rriżulta li tfajla ta’ dsatax-il sena mid-Danimarka ġiet misruqa u stqarret mal-pulizija li hi kienet qiegħda barra tal-appartament tpejjep, meta f’daqqa waħda avviċinaha raġel li allegatament kellu oġġett li jaqta u bil-ponta u li talabha l-flus.
Hija qaltlu li ma kellhiex flus fuqha u għalhekk talabha l-mowbajl.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq il-mowbajl tat-tfajla.
B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ, bl-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.