Sieħeb kuntrattur li għamel xogħol għall-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli spiċċa jhedded lis-sindku li se jħanxarlu rasu.
Fi stqarrija il-Kunsill Lokali Ħad-Dingli ikkundanna l-atti li saru l-bieraħ fil-bini tal-Kunsill Lokali fil-konfront tas-Sindku Sandro Azzopardi, fil-preżenza ta’ Kunsilliera oħra.
Skont kelliem għal Kunsill Lokali, kuntrattur partikolari preżenta ruħu ma sieħbu fin-negozju, u qalu li jridu jitħallsu ta’ xogħol li qed iwettqu. Il-Kunsill Lokali deherlu li x-xogħol mhux lest, allura l-ħlas ma jistax isir f’dan l-istadju. Kien hawn li qam argument, bil-kunsilliera kollha jipprovaw jikkalmaw is-sitwazzjoni.
Il-kelliem għal kunsill lokali qal li sieħeb il-kuntrattur uża kliem dispregjattiv ukoll fil-konfront tal-Pulizija meta dawn kellmuh bit-telephone.
Permezz ta’ stqarrija l-Kunsill ħeġġeġ lill-Pulizija tinvestiga u tieħu l-passi kollha kontemplata fil-liġi.