Argument bejn membri tal-familja fuq propjetà wassal għal ordni ta’ probation fuq raġel li hedded lill-qraba li ser jisparalhom.
Joseph Baldacchino ta’ sitta u erbgħin sena ttella’ l-Qorti akkużat li kkawża ġrieħi ħfif fuq ħuh u hedded lill-ommu u lik ħutu filwaqt li kiser kundizzjonijiet ta’ probation order.
Fil-Qorti ħareġ li l-Ħadd waranofsinhar Baldacchino, ikkonfronta l-qraba tiegħu fuq propjetà li ommu kienet tat lilu.
Kien spjegat li l-arja fuq il-propjeta kienet tqassmet bejn ħutu u bnew tliet appartamenti fuqu. Ġara li Baldacchino kellu problemi ta’ saħħa u xtaq jbiegħ il-propjetà biex ikun jista’ jlaħħaq mal-kontijiet.
Minkejja dan, ommu oġġezzjonat għall-bejgħ u l-imputat kien kostrett jikri l-propjetà lil terzi.
Is-sitwazzjoni eskalat tant li meta kienu jiltaqgħu l-imputat kien jhedded lil familtu b’ħajjithom.
Il-Qorti ppresedutha mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras imponiet ordni ta’ protezzjoni u ordnatlu biex ma jkellimx il-vittmi anki jekk jipprovokawh flimkien ta’ garanzija ta’ elf ewro.