Inżamm arrestat Leon Borg ta’ 22 sena wara li qatel kelb quddiem pulizija.
Il-każ ġara ġimgħa ilu wara li omm l-akkużat ċemplet lill-pulizija wara li binha kien aggressiv possibbilment minħabba xi sustanza.
Quddiem il-pulizija huwa kiser il-mowbajl ta’ ommu, u ġabar il-kelb, bandlu minn saqajh u sabbtu ma’ mejda. Bil-kelb miet ftit wara minħabba l-grieħ serji li kellu.
Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud xehed il-pulizija tal-RIU Antonio Bellizzi li qal li rreżista lill-pulizija meta sar l-arrest u pulizija sofra ġriehi ħfief.
Xehed li l-pulizija Keith Vassallo qal li r-raġel ma kienx jaf x’inhu jagħmel u kien mifxul għax kien taħt l-effett ta’ sustanza li għadha mhux magħrufa.
Xehed ukoll l-pulizija Raymond Azzopardi u qal li omm l-akkużat irrapurtat li t-tifel qiegħed ikun aggressiv.
X’ħin marru fuq il-post, t-tifel kien fuqil-bejt. Huwa kien se jaqa’ u l-pulizija għenitu. X’ħin niżlu isfel l-akkużat qabad il-mowbajl ta’ ħuh u kissru. Kien hemm l-kelb u sabbtu ma’ mejda li kien hemm ħdejn is-sodda.
Il-Maġistrat Mifsud ċaħad it-talba għal-libertà proviżorja u qal li għandu jiġi nfurmat id-Direttur tal-ħabs sabiex jingħata għajnuna psikoloġika u għajnuna għall-vizzju tad-droga.
Il-Maġistrat Mifsud qal li jemmen li ngħixu f’pajjiż fejn il-ġustizzja tista’ teħodha. Iżda innota li hawn min b’ċertu kitbiet ikollu jew interess politiku jew kummerċjali jew għira.
Qal li l-pulizija qegħdin hemm biex iħarsu lilna ċ-ċittadini u irid ngħinuhom.
X’ħin ħareg mill-awla, l-akkużat li huwa riċediv hedded lill-pulizija li se jpattihielhom. Filwaqt li lil wieħed mill-pulizija li xehed fil-konfront tiegħu qallu li ser jiħdar għalih.