Meta nisimgħu dwar pressjoni biex persuna tibda tpejjep sigaretti, normalment jiġu f’moħħna dak iż-żgħażugħ jew żgħażugħa li jiġu nfluwenzati mill-ħbieb biex jibdew jagħmlu dan. Iżda mid-dehra din il-pressjoni qed isir ukoll fuq vittmi inoċċenti li joqgħodu fuq dak li jgħidulhom l-adulti u jkunu għadhom ma jafux jagħmlu distinzjoni bejn dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin.
Filmat li tpoġġa fuq is-sit soċjali ta’ facebook juri lil Lamel Yancey, li huwa z-ziju ta’ tifel ta’ 3 snin, jħeġġeġ lin-neputi tiegħu ipejjep il-marijuana. Il-Pulizija spjegat kif dan it-tifel jidher jieħu nifs minn dan il-joint fuq wara ta’ karozza. L-akkużat għandu biss 17-il sena, u ġie arrestat mill-Pulizija fuq akkużi li poġġa fir-riskju l-ħajja ta’ minuri. L-uffiċjali tal-Pulizija spjegaw kif raw dan il-filmat b’kumbinazzjoni hekk kif kienu qed jagħmlu investigazzjoni dwar serqa.