Bugħaddas Brittaniku kellu jgħum madwar 7.5km għal żona sigura fl-Awstralja wara li ma setgħax jilmaħ id-dgħajsa li kien fuqha u nduna li kien qed jiġi segwit minn kelb il-baħar.
John Craig ta’ 34 sena ħareġ fuq il-baħar u nieżel jgħodos f’ibħra Awstraljani l-Ġimgħa meta fil-mument li tela’ fil-wiċċ ma setax jilmaħ id-dgħajsa li ħareġ biha ma’ ħabib tiegħu.
Craig qal li nnota kelb il-baħar li kien fil-qrib fejn minn hemm beda jgħajjat għall-għajnuna.
Sfortunatament ħadd ma semgħu u minn hemm iddeċieda li jibda jgħum lejn ix-xatt fejn wara tliet sigħat hu tela’ fuq l-art u kellu jimxu mixja ta’ 30 minuta qabel seta’ jintlemaħ minn membri tas-salvataġġ.