Il-profil ta’ Twitter tal-President Amerikan, Donald Trump għosfor għal ftit ħin tul il-jum tal-Ħamis.
Dan wara li impjegat ta’ Twitter, fl-aħħar ġurnata tax-xogħol tiegħu, ħassar dan l-istess kont.
Donald Trump għamel minn tal-inqas ħdax-il minuta mingħajr Twitter iżda jidher li dan reġa’ ġie attivat, bi Twitter qiegħda tinvestiga l-każ.
Intant, Trump li għandu aktar minn wieħed u erbgħin miljun segwaċi fuq Twitter, ma kkumentax fuq din il-kwistjoni.
Minkejja dan, il-każ qajjem dibattitu fuq is-sigurta’ tal-kont tal-President Trump u anke dwar il-konsegwenzi potenzjali ta’ Tweets li jidhru ppubblikati f’ismu meta filfatt ma jkunux.