Bosta fir-Rabat f’Għawdex jistgħu jgħodduha b’waħda.
Dan wara li makkinarju li kien f’sit ta’ kostruzzjoni għal xi raġuni waqa’ u baqa’ nieżel fit-triq, bil-konsegwenza li ġarraf ċint li jinsab mas-sit tal-kostruzzjoni kif ukoll laqat vettura li kienet ipparkjata.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kienu bosta li kkummentaw kif dan l-inċident seta’ kellu konsegwenzi agħar u kif fortunatament, minkejja l-ħsara li ġiet ikkawżata, ħadd ma ndarab.