Pilota jista’ jgħoddha b’waħda wara li l-ajruplan żgħir li kien qed isuq kellu xi problemi waqt l-inżul fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Fuq marru t-tim tas-Salvataġġ u tat-Tifi tan-Nar marru mill-ewwel fuq il-post fejn ħadu azzjoni mill-ewwel fejn ikkontrollaw is-sitwazzjoni fi ftit sekondi.
Fortunatament ma kienx hemm passiġġieri abbord, bil-pilota ma ġarrab ebda ġrieħi iżda qed isofri minn xokk qawwi.