Inċident li seħħ dalgħodu fil-Port Ħieles seta kellu konsegwenzi agħar.
Kabina tax-xufier ta’ karru tal-kontejners spiċċat barra t-triq u mdendla b’mod prekarju fuq fond ta’ tliet sulari.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Is-servizzi tal-emerġenza fosthom il-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fl-10.40 ta’ dalgħodu u nedew operazzjoni biex it-trakk jinġibed lura.
Is-sewwieq irnexxielu joħroġ mingħajr periklu.