Serb qatel ħames persuni u darab għoxrin oħra f’kafeterija fil-Grigal tal-pajjiż.
Il-pulizija Serba qalet li r-raġel qatel lil martu u mara oħra wara li mbagħad beda jispara bl-addoċċ fuq ħaddieħor.
Kelliem għall-Ministeru tal-Intern fis-Serbja spjega kif fost dawk midruba hemm tlett t’itfal.
Il-pulizija arrestaw minnufih lir-raġel u għalkemm il-mottiv tiegħu għad irid jiġi stabbilit, jidher li kien minħabba għira lejn martu.
Persuni li nzertaw fuq il-post tkellmu mal-istazzjon nazzjonali Serb u spjegaw kif ir-raġel daħal fil-kafeterija fejn sab lil martu madwar mejda ma’ sħabha.
Kien f’dan il-mument li huwa ħareġ arma u għall-bidu beda jispara fl-ajru sakemm imbagħad bejn jimmira fuq in-nies.