Grupp ta’ bdiewa dilettanti ddeċidejna li jgħinu lil kull min jixtieq imidd idu fil-ħamrija. Dan qed jagħmluh permezz ta’ grupp fuq facebook bl-isem ta’ Dilettanti ta’ l-Agrikoltura, Siġar u Pjanti.
Dan il-grupp qed jorganizza wkoll korsijiet u laqgħat lill-membri bla ħlas. Fost inizjattivi tagħhom huma jieħdu filmati ta’ kif wieħed għandu jagħmel ċertu xogħol u juru lil Maltin kemm il-bidwi għandu għal qalbu x-xogħol tar-Raba’ u kemm huwa importanti li wieħed jixtri prodotti Lokali.
Għal aktar informazzjoni żuru: https://www.facebook.com/groups/666513373421969/