Il-fazzjoni tal-eks kap Simon Busuttil qed tagħmel pressjoni fuq il-Viċi-Kap Nazzjonalista Robert Arrigo sabiex dan jirriżenja.
Qal dan Arrigo stess fuq l-istazzjon Fliving, fejn qal li rċieva email li tgħid li jekk ma jagħmilx dan minn jeddu, huwa jitneħħa.
Huwa qal: “Jiena kelli email li fejn saqsewni li I step sideways. Jiġifieri mmur ‘l hemm mill-post ta’ Viċi-Kap.”
Meta kien mistoqsi: “Li twarrab?” Arrigo wieġeb: “Ija.”
Meta reġa’ kien mistoqsi: “Li tirriżenja? Huwa: “Mhux nirriżenja li ħa nitwarrab.”
F’nofsiegħa ta’ attakki fuq il-fazzjoni li trid telimina lil Adrian Delia mit-tmun, Arrigo qal li dawn l-intriċċi qatt ma ġraw qabel.
Arrigo sostna: “Dawn l-intoppi qatt ma saru f’140 sena.”
Qal ukoll li dawn il-manuvri u gambetti ħallewh imħasseb għal x’jista jiġri fil-futur: “Jinkwetani għax huwa preċedent ikrah ħafna. Li inti kważi kważi trid tmur għall-vot kull sena.”
Mistoqsi dwar dak li żvela fuq ix-xandir nazzjonali it-Tnejn filgħaxija, meta qal li deputat Nazzjonalista beda’ jagħmel pressjoni fuq il-kamra tal-aħbarijiet Nazzjonalista biex din tingħaqad mal-fazzjoni Busuttil, Arrigo qal li talab investigazzjoni.
Arrigo saħaq: “Lanqas ikkonsultajt mal-bord ħadt id-deċiżjoni li dawn huma emails inaċċettabli għalija.”
Arrigo spiċċa jiddeskrivi f’liema stat spiċċat l-midja Nazzjonalista kawża tal-firda u l-qasma fil-Partit Nazzjonalista.
Arrigo saħaq: “Hemm fil-fatt an agreement li jekk fazzjoni għandha 20 minuta l-fazzjoni għandha 20 minuta.”
Meta kien mistoqsi: “Fl-istess partit?” Arrigo qal: “Iva unfortunately wasalna s’hemm.”
Imbagħad Arrigo spiċċa jitkellem fuq l-awto-goals li qed jagħmlu r-ribelli u weġibhom dwar Delia, li Claudette Buttigieg sejħitlu żiemel zopp.
Arrigo qal: “Niddejjaq li player tiegħi jiskurja…”
“Fil-lasta tiegħek stess?” “Ukoll”
“Iż-żiemel l-imweġġa’…ma jistax jikkompeti. Forsi weġġajtu jien stess?”