Il-midja tal-Partit Nazzjonalista mhux biss għamlet żball kbir dwar mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat, iżda kompliet tippersisti bih anke meta mill-uffiċċju tal-commonwealth infurmawhom li għandhom żball.
Minflok irrikonoxxew in-nuqqas irrepetewh u njoraw għal kollox it-tweġiba tal-uffiċċju tal-commonwealth.
Korrispondenza li għandu f’idejh ONE NEWS tikxef l-aġir tal-midja nazzjonalista li fil-21 ta’ Awwissu ppubblikaw storja li Michelle Muscat marret il-botswana bħala Deputy Chief of Staff tal-Prim Ministru. Gidba mill-bidu sal-aħħar.
Kieb biss l-għada li l-artiklu kien ippubblikat u mgiddeb f’pajjiżna li Rodrick Agius, editur tal-MUMENT, staqsa lill-uffiċċju tal-Commonwealth min kienet id-delegazzjoni Maltija. Kif tixhed email li qed jiżvela ONE NEWS. Saħansitra ried ukoll ritratti ta’ Michelle Muscat fil-Botswana.
Susan Rhodes, id-Direttur tal-Komunikazzjoni weġbitu u qaltu. “Għażiż Roderick, Kont se niktiblek b’rabta mal-artiklu tal-bieraħ biex tikkoreġuh.”
Hawn batitlu d-dettalji kollha u kif Michelle Muscat akkumpanjat lill-Prim Ministru bħala martu għax Deputy Chief of Staff kien hemm Mark Marrugia.
Iżda, minkejja din it-tweġiba ċara u tonda l-Mument injorat kollox u minflok ikkoreġit l-artiklu, li oriġina minn żball tal-organizzaturi li ma kienx iċċekjat, irrepetewh. Saħansitra ivvintaw storja oħra li fiha ppersistew fil-gideb.