Il-kumpanija Ferrero, li ħolqot in-Nutella, qed tiddefendi l-għażla li għamlet fejn għamlu użu miż-żejt tal-palma bħala ingredjent fin-Nutella, dan wara li rapporti fuq siti barranin sostnew li dan l-ingredjent joħloq il-kanċer.
Fl-aħħar jiem in-Nutella kienet qed titneħħa minn fuq l-ixkaffi ta’ stabbilimenti li jbiegħu l-ikel wara li ħarġu dawn id-dettalji minn studju li saru.
L-istudji qalu li ż-żejt tal-palma għandha sorsi korċinoġeniċi aktar minn meta kkumparat ma’ żjut li ġejjin mill-ħaxix.
Ferrero qalu li jekk jibdlu l-ingredjenti, ir-riżultat mhux se jkun l-istess hekk kif il-konsistenza tan-Nutella mhux se tkun kif nafuha llum il-ġurnata.
Ir-rapport li nħareġ lura f;Mejju mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, jgħid li ż-żejt tal-palma fih livelli partikolarment għoljin ta’ kontaminanti, meta jiġi msaħħan madwar 200 Gradi Celcius.
Iżda l-istess rapport naqas milli jinforma lill-pubbliku biex ma jikkunsmawhx, hekk kif ir-rapport jgħid li hemm bżonn aktar riċerka.
Diversi supermarkets fl-Italja, fosthom Co-op, neħħew in-Nutella mill-ixkafef tagħhom fost diversi prodotti oħra.