Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Qorti hi korrotta. Dan biex jaqbeż għar-Russa li wara li għamlet numru ta’ allegazzjonijiet fuq diversi persuni telqet minn pajjiżna u fl-aħħar jiem reġgħet ma dehritx il-Qorti.
Fil-fatt il-ġimgħa li għaddiet hi kellha tidher il-Qorti f’każ fejn allegat b’mod falz li pulizija stmawha ħażin. Iżda minflok marret il-Qorti twieġeb għall-akkużi kontra tagħha telqet minn Malta.
F’editorjal fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista intqal li r-Russa tpoġġiet bħala mfittxija minn istituzzjoni korrotta. Fi kliem ieħor, għall-Partit Nazzjonalista il-Qorti hi korrotta. Għax kienet hi li ħadet din id-deċiżjoni.
Il-Partit Nazzjonalista baqa jagħmel fatt ukoll dak li allegat ir-Russa. Allegazzjonijiet li kienu l-bażi ta’ kampanja li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni fil-konfront tal-Prim Ministru u l-familja tiegħu.
Fuq kollox l-editorjal jiġġustifika l-fatt li r-Russa ġiet taqa’ u tqum mill-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.
Din ir-Russa għandha bosta każijiet kontra tagħha fil-Qorti u storja ta’ allegazzjonijiet foloz, bil-Ħadd li għadda jkun żvelat wkoll kif użat flus tal-bank li kienet taħdem miegħu għal btajjel privati filwaqt li gidbet ukoll dwar tqala.
Il-Qorti poġġitha wanted għax tridha lura pajjiżna biex tidher u twieġeb dwar il-kawżi involuta fihom.
https://www.facebook.com/ONENEWSMALTA/videos/1566852033366547/