L-avukati difensuri ta’ Donald Trump qalu li l-allegazzjonijiet li l-eks President inċità l-irvellijiet li saru f’Capitol Hill nhar is-sitta ta’ Jannar li għadda huma gidba mostruża. Huma sostnew dan waqt li kienu qed jippreżentaw provi fis-Senat Amerikan għall-każ tal-impeachment kontra Trump.
Wieħed mill-avukati saħħansitra akkuża li dan l-impeachment qed isir b’motivazzjoni politika mid-Demokratiċi.
Fil-preżentazzjoni li għamlu l-prosekuturi Demokratiċi quddiem is-Senat, urew divesri filmati u recordings illi fil-jum li fih saru l-irvellijiet, Trump ma kien għamel xejn biex jevita milli jseħħ dan il-fjask li anke ħasad il-ħajja ta’ ħames persuni.
Intant, bosta Senaturi Repubblikani indikaw illi mhux se jivvotaw biex jikkundannaw lil Trump bit-tieni impeachment.