Żewġ nisa qalu li ġew fgati u stuprati mill-influencer ta’ fama mondjali, Andrew Tate, f’intervista mas-sit BBC.
Mara oħra, allegat li hija ġiet stuprata minn ħu Andrew Tate, Tristan, li wkoll għandu miljuni ta’ segwaċi fuq il-midja soċjali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-aħwa Tate, ta’ 37 u 36 sena, qed jiġu mixlija fir-Rumanija, bi traffikar uman, u li ffurmaw grupp sabiex jużaw lin-nisa sesswalment.
Andrew Tate, qed jiġi wkoll mixli bi stupru.
L-aħwa, qed iwieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom, filwaqt li jekk jinstabu ħatja, jistgħu jingħataw piena ta’ aktar minn 10 snin.
Andrew Tate, jinsab taħt arrest fir-residenza tiegħu, fir-Rumanija.