Fi stqarrija maħruġa minn Townsquare Sliema Ltd, l-iżviluppaturi kategorikament qed jiddikjaraw li l-muntaġġ tar-ritratti iċċirkolat fil-midja minn Din l-Art Ħelwa, u li juri t-torri kif jidher mill-Belt Valletta u l-Birgu, huma skorretti u qarrieqa fil-konfront tal-pubbliku.
TownSquare ippreżentaw filmat mill-Google Earth li juri l-pożizzjoni attwali u l-viżibilità li qed ikun propost it-Torri, dan biex jirribattu għan-nuqqas ta’ verità fid-dikjarazzjoni ta’ Din l-Art Ħelwa.
TownSquare iddikjarat li t-torri bl-ebda mod m’hu ta’ rovina għall-iSkyline tal-Belt Valletta, peress li m’huwa b’ebda mod viżibli mill-quċċata ta’ Sant’Anġlu u l-ogħla punt tal-Birgu. Dan jikkonferma ukoll li t-Torri ma jistax jidher mill-Birgu.