“Lil dan ma nafux…ngħidlu nitlob għalik…tagħmel kumpanija tajba ma’ Simon u Salvu”.
Hekk kiteb il-Membru Parlamentari Laburista wara kliem dispreġjattiv fil-konfront tiegħu u ta’ familtu li sab jistennih fuq Facebook. Kliem riflessiv ta’ klima politika diviżjorja li qed tħalla titrawwem mill-Kap tal-Oppożizzjoni, u li ma tagħmel ġid lill-ebda naħa politika.