L-eks Sindku ta’ Londra Boris Johnson qed iwissi lill-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex turi ċertu saħħa fil-konfront tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozjati Brexit. Dan wara li sal-bieraħ stess, diskussjonijiet dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea sfaxxaw fix-xejn minħabba tensjonijiet dwar il-futur tal-fruntieri Irlandiżi wara Marzu li ġej.
Din il-ġimgħa hija “make or break” għal Theresa May hekk kif il-mexxejja Ewropej se jiltaqgħu fi Brussell biex jiddiskutu negozjati finali għal Brexit. Jidher li Boris Johnson qed jippressa lil May u jgħidilha li hemm bżnn ta’ azzjoni urġenti min-naħa tagħha.
Il-Kunsill Ewropew se jiddiskuti Brexit fi Brussel bejn nhar l-Erbgħa li ġej u nhar il-Ġimgħa. Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun preżenti għal dan is-summit.