Partit Nazzjonalista qed jgħid li se jirrikorri għal fondi Ewropej biex jiffinanzja proġetti li, għalkemm jinsabu fil-manifest elettorali, tal-PN, m’hemm ebda pjan jew ħjiel dwar kif se jitwettqu minn aspett ekonomiku.
Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg u l-kandidat Laburista Etienne Grech spjegaw li Partit Laburista juża fondi Ewropej sal-massimu tagħhom, kuntrarju għal dak li qed jgħid il-Partit Nazzjonalista. Per eżempju l-proġett tal-Kappara jinsab fi stadju avvanzat, flimkien ma’ proġetti oħra li saru permezz ta’ fondi Ewropej, bħall-crafts village. Dawn huma proġetti li beda u qed iwettaq Partit Laburista fil-Gvern, grazzi għad fondi Ewropej.
Simon Busuttil qed jgħid lise jiffinanzja wegħdi elettorali minn tiegħu b’fondi Ewropej. Dan ma jistax isir, speċjalment f’każijiet fejn qed ikunu mwegħda żidiet fil-pensjonijiet.
Il-Partit Laburista spjega li 90% tal-fondi diġà huma kommessi biex ikunu implimentati.