L-Arċisqof ta’ Canterbury qal li mhux minnu li d-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex kellhom ċerimonja taż-żwieġ sigrieta tlett ijiem qabel iċ-ċerimonja uffiċjali tagħhom li kienet taħt il-lenti tad-dinja.
Dan qalu hu u jindirizza r-rimarki li għaddiet id-Dukessa Meghan Markle fl-intervista ma’ Oprah Winfrey.
Id-Dukessa kienet qalet li hi u l-Prinċep Harry kellhom ċerimonja privata fil-ġnien tar-residenza qabel iċ-ċerimonja għal għajn il-pubbliku mal-Arċisqof ta’ Canterbury.
L-Arċisqof ikkonferma li ż-żwieġ legali seħħ is-Sibt, u ma jistax jgħaddi informazzjoni dwar laqgħat privati oħra li setgħu seħħew qabel.