Il-Kummissarju tal-artijiet Albert Mamo quddiem il-Kumitat tal-Kontijiett Pubbliċi t-Tlieta qal li iffirma biss biex tingħata l-art ta’ Spinola għal prezz li ġie imnaqqas b’€425,000 wara li kien hemm l-approvazzjoni ta’ Jason Azzopardi u mingħajr din l-approvazzjoni qatt ma kien jiffirma.
Albert Mamo jgħid li ma kienx involut la meta il-prezz tal-art ġie ridott b’425,000 u l-anqas meta l-art ingħatat b’bejgħ u mhux b’ċens perpetwu kif kien inizjalment il-ftehim.
Dan minkejja li kien hu l-Kummissarju tal-Artijiet fen qal li hu ma daħalx fil-proċess li minn €950 000 jinżel għal €500 000.
Skont Albert Mamo, ma kinitx normali li johrog tender b’ċertu prezz imbagħad jingħata b’nofs il-prezz, kif ġara f’dan il-kazżfejn minn€ 950,000 il-prezz niżel għal €500,000.
Skont Albert Mamo, hu lanqas kien involut ghal-laqgha li saret mas-sid, li fiha kien hemm ukoll Jason Azzoppadi bhala Segrearju Parlamentari tal-Artijiet.
Laqgħa li dwarha ma kien hemm l-ebda minuta, minkejja li warajha irriżulta l-ftehim li konsegwenza tiegħu l-poplu Malti ħa €35 biss għal art li mistennija tiġġenera €10 miljuni lis-sidien.
Mamo qal li hu ma kienx involut fil-laqgħa li fiha ttieħdet id-deċiżjoni.
Albert Mamo jikkonferma li kien hemm ċaqliq kbir fit-tender biex minn €950,000, l-art ingħata għal €500,000. Hu qal li mhemmx deċiżjoni tat-tender committee li tbiddel li minn €950,000 jonqos il-prezz għall-€500,000.
S’issa il-poplu Malti minn din l-art għadu gwadanja biss €35 euro għax is-sidien lanqas biss ħalsu s-somma dovuta u l-interessi.
Dan minkejja li is-sidien qed ibassru li jaqilgħu €10 miljun minn din il-propjetà.
Il-kap eżekuttivi attwali tad-Dipartiment tal-Artijiet quddiem il-Public Accounts Committee qal ukoll li jekk is-sidien jibqgħu ma jħallsux sal-aħħar ta’ din is-sena jittieħdu proċeduri legali fil-konfront tagħhom.
L-istess Kummisarju tal-Artijiet Albert Mamo fuq każ ieħor li kien involut fih ukoll Jason Azzopardi, jiġifieri il-każ tal-Lovenbrau kien qal li qed iħossu jiġġenen u beda jibża’ li jispiċċa il-ħabs.