Dalgħodu kompla l-ġuri ta’ Etienne Bartolo li jinsab mixli bil-qtl ta’ Roderick Grech.
Fis-seduta ta’ l-Avukat difensur Edward Gatt qal li Bartolo aġixxa biex jiddefendi lilu nnifsu mill-aġir vjolenti ta’ Rodrick Grech li nqatel b’sitt daqqiet ta’ sikkina f’Marzu tal-elfejn u sbatax.
Fit-tratazzjoni tiegħu, l-avukat appella lill-ġurati biex jikkastigaw lill-akkużat għal dak li għamel u mhux fuq dak li m’għamilx. Qalilhom biex ma jħallux il-preġudizzju jimpingi fuq il-ġudizzju tagħhom.