Għal Simon Busuttil l-iskandlu fil-każ Tonio Bezzina mhuwiex il-fatt li bagħat ħaddiema tal-gvern jagħmlu xogħol f’każin tal-Partit Nazzjonalista, iżda li ONE NEWS mar fl-istess post tax-xogħol minn fejn Bezzina ta din l-ordni biex jitlob lid-deputat nazzjonalista jwieġeb għadd ta’ mistoqsijiet dwar l-aġir tiegħu.
Fosthom kif wara li bagħat il-ħaddiema jiffirmaw jagħmlu xogħol fil-każin tal-PN, talabhom jiffirmaw dikjarazzjoni falza. Dikjarazzjoni li kienet imfassla fl-istess uffiċċju li morna nħabtu l-bieb tiegħu biex nitolbu sodisfazzjon mingħad ir-rappreżentant tal-poplu.
Għal Busuttil dan hu l-‘bullying’ u mhux li titlob ħaddiem jigdeb wara l-funeral ta’ ommu. Il-kummenti ta’ Busuttil, li dalgħodu deher xi ftit irrabjat, jidhru hawn taħt.