Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech saħaq li l-Gvern ressaq White Paper biex jikkonsulta dwar l-użu responsabbli tal-kannabis biex jaljena liż-żgħażagħ.
Il-Ħadd filgħodu f’intervista, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien mistoqsi dwar ir-riforma fil-liġi tal-użu tal-kannabis u għażel li ma jgħaddix il-pożizzjoni tiegħu.
Quddiem riforma li mistennija twassal biex persuni li jkollhom sa seba’ grammi kannabis għall-użu esklussiv tagħhom, ma jispiċċawx ikollhom x’jaqsmu mal-pulizija u b’hekk ma jwettqux reat, Bernard Grech spiċċa jgħid li din ir-riforma hi marbuta ma’ xi eżerċizzju ta’ xi stħarriġ elettorali.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/04/18/kif-tkellem-dwar-il-kannabis-bernard-grech-insulenta-l-intelligenza-taz-zghazagh-il-pl/