Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li m’għandniex noqgħodu nistaqsu fuq ir-reklami għax jidhru ħafna. Peró ta’ Sky Gourmet, il-kumpanija li fuqha kienu qed joħorġu l-invoices foloz baqa’ ma sabhomlniex.
Staqsejnih dwar dan wara attività għall-istudenti fl-Università ta’ Malta li għaliha attendew iktar anzjani u uffiċjali u deputati tal-Partit Nazzjonalista milli studenti. Biex jipprova li l-eluf kbar għas-salarji ta’ uffiċjali tal-PN ma kinux donazzjonijiet tlabnih jgħidilna fejn dehru r-reklami ta’ Sky Gourmet, iżda kien skomdu u ma riedx iwieġeb.
Bħalma ma weġibx lanqas meta mistoqsi minn media oħra biex jgħid jekk hemmx arranġamenti oħra bħalma għamel għall-pagi ta’ Rosette Thake u Brian St John. Busuttil ħarab minnha u qal li m’għandhom xejn x’jaħbu. Dan fl-istess ħin li baqa’ ma jridx jippubblika l-invoices.