George Michael ħallas is-somma ta’ £15,000 għal parteċipanta tax-xow Deal or No Deal biex ikollha tarbija permezz tal-IVF wara li sema’ l-istorja tagħha fuq l-istess xow. Dan skond il-preżentatur ta’ Pointless, Richard Osman, f’messaġġ li kiteb fuq Twitter kmieni lbieraħ.
Il-kantant li miet jumejn ilu fl-età ta’ 53 sena, tant missitlu qalbu l-istorja ta’ din il-mara li meta ra d-determinazzjoni tagħha biex tirbaħ biżżejjed flus biex tagħmel it-trattament tal-fertilità, meta ra li ma laħqitx is-somma li kellha bżonn, qabad u batilha l-flus.
Osman kiteb “Mara li kienet fuq Deal or No Deal qaltilna li kellha bżonn £15,000 biex tagħmel it-trattament tal-IVF. George Michael ċempel lil din il-mara b’mod sigriet il-ġurnata ta’ wara u bagħtilha somma ta’ £15,000.”