Il-Ħamis filgħaxija quddiem il-Qorti, l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil indirizza lil tal-għaqda Repubblika u nfexx f’attakki fuq il-Partit Laburista u l-Laburisti.
Qal li l-Partit Laburista qed jilqa’ fih il-kriminali.
“Il-Partit Laburista llum sar refuġju għall-politiċi kriminali.”
L-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil
“Il-Partit Laburista llum sar refuġju għall-politiċi kriminali.”B’aktar attakki ħarxa kif kien jagħmel meta kien Kap, attakka wkoll l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna fejn ma jaqbilx magħhom.
Hawn semma l-Avukat Ġenerali.
Meta l-Avukat Ġenerali tibqa’ ċċassata.”
L-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil
Imbagħad faħħar lil Karol Aquilina, magħruf li qed imexxi hu l-Partit Nazzjonalista u jordna x’għandu jagħmel Bernard Grech.
Miegħu semma wkoll lid-deputat tal-Blueheroes Jason Azzopardi, li fl-aħħar jiem ammetta bl-aħħar gidba li kien qal.
“Qed nara lil Karol hawnhekk. Kont miegħi meta dħalna l-Qorti. Grazzi għal Jason Azzopardi jiġifieri ma nafx jekk hux qiegħed hawn imma nsellimlu għax-xogħol kollu li għamel.”
L-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil
Il-President tal-għaqda Repubblika, Vickie Ann Cremona, semmiet ukoll lill-esponenti tal-establishment Nazzjonalista.
“Simon Busuttil, David Casa u Repubblika.”
President, Għaqda Repubblika, Vickie Ann Cremona
Fl-istess attività, tkellem Manuel Delia, iċ-Chief of Staff tal-eks Ministru Nazzjonalista Austin Gatt u kandidat Nazzjonalista, li rredikola bil-Prim Ministru Robert Abela.
“Issa ħareġ mill-fosqa, dudu, żaqqu mal-art.”
Eks kandidat tal-PN, Manuekl Delia
Anke l-President tal-għaqda Repubblika, Vickie Ann Cremona, kompliet tattakka lill-Prim Ministru, waqt li qalet li se tniżżel in-nies fit-toroq.
“Se jsibna niġġieldu, anke fit-triqat, jekk hemm bżonn.”
President, Għaqda Repubblika, Vickie Ann Cremona
Cremona kompliet bl-attakk fuq il-ġudikatura, fejn attakkat lill-Maġistrat Nadine Lia. Bil-folla wkoll tibbuwjaha.
“Illum rċivejna sentenza mingħand Nadine Lia.”
President, Għaqda Repubblika, Vickie Ann Cremona
Cremona ħawdet ukoll fl-ismijiet tant kemm kien moħħha fil-Prim Ministru.
“Repubblika turi solidarjetà mal-membru tagħha Robert Abe… Robert Aquilina u mal-Avukat Jason Azzopardi, li qiegħed jiddefendih.”
President, Għaqda Repubblika, Vickie Ann Cremona