Il-burraxka qawwija li reġa’ għaddej minnha l-Partit Nazzjonalista kompliet iġġib magħha diversi reazzjonijiet minn persuni li sa ftit sin ilu kienu jimmilitaw fil-qalba tal-Partit Nazzjonalista.
L-eks kandidat għat-tmexxija tal-Partit Frank Portelli fetħilha qatta’ bla ħabel kontra l-eks Kap Simon Busuttil u l-fazzjoni tiegħu li qed tirrappreżenta l-establishment tal-Partit Nazzjonalista.
Portelli stqarr: “Naħseb il-problema hija ċara hux. Min tilef l-elezzjoni ma naħsibx li ried jaċċetta r-riżultat.”
Saħansitra ddikjara li sabiex ikunu fil-poter, Simon Busuttil u sħabu kienu lesti jagħmlu frame-up fuq deputat fuq il-bankijiet tagħhom stess: “Issemma dan in-numru 17. Mhux vera huwa gidba. Anki hemmhekk tara l-misinformazzjoni. Eżempju Stephen Spiteri ma jridx ikun parti minn din. Dawn kienu lesti jagħmlu frame up u jgħidu li qiegħed magħhom meta ma nkunx qiegħed magħhom.”
Portelli fakkar li l-establishment Nazzjonalista ta’ Gonzi u Busuttil wassal lill-partit għal telfiet elettorali kbar. Huwa qal: “L-establishment tellifna żewġ elezzjonijiet. wWaħda b’€35,100 u oħra b’aktar. Jiġifieri kemm taħt gonzi u taħt simon tlifna żewġ elezjzonijiet mhux delia tellef l-elezzjonijiet. Jekk nerġgħu immorru lura għal dawn in-nies nerġgħu nitilfu.”
L-eks President tal-Eżekuttiv Nazzjonalista stqarr ukoll li l-fazzjoni ta’ Busuttil ma tridx tħalli lil Adrian Delia jaħdem: “Bsaten fir-roti l-ħin kollu. Social media, kampanja, jivutaw kontra, isir survey u jivvutaw kontrih.”
Portelli rrabja wkoll għal fatt li eks esponenti ta’ Busuttil baqgħu jikkummentaw. Huwa tenna: “Imma int qed tgħid għamlulu l-bsaten fir-roti. – il-ħin kollu, tara stqarrijiet, stqarrjia kontra, ma tistax tagħmel li trid, Eks Segretarja ġenerali tagħmel stqarrijiet kontra. Ma tistax.”
Huwa għamel aċċen ukoll għal Simon Busuttil: “Tiġi Eks Kap Simon jgħidlu ma noħroġx. Mela int tista’? that’s your opinion? Kap meta jirreżenja għandu jwarrab u m’għandux jitniffes.”
Mistoqsi dwar x’inhu l-għan għar-ribelljoni tal-esponenti ta’ Simon Busuttil, Portelli qal li jridu biss ikissru lil Adrian Delia. Portelli wieġeb: “Iva żgur dawn in-nies hekk iridu. Iriduh jitlef. Dik il-problema li jriduh jitlef. To cut your nose to spite jgħidu l-Ingliżi, bil-Malti aktar kkulurita l-espressjoni.”
Hawnhekk sostna li nies bħal Jason Azzopardi għandhom jiġu ċċensurati u jitkeċċew mill-Partit: “L-Eżekuttiv għandu l-poter li jiċċensura lil dawn in-nies. L-istatut jgħid ċar, min jagħmel ħsara lill-Partit għandu jitkeċċa.”
U jekk ma kienx ċar biżejjed, Portelli reġa’ tenna: “Dawn qed jaħdmu biex ikissru lil Delia and they are cowards.”