L-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil qal kif id-dover tal-Oppożizzjoni huwa li tattakka l-Gvern.
Simon Busutill qal dan waqt intervista li kellu mal-preżentatur Andrew Azzopardi fuq ir-radju tal-Knisja.
Qal, “Aħna nattakkaw il-Gvern, dak huwa d-dover tagħna.”
Busuttil għamel din id-dikjarazzjoni ftit wara li fuq il-LovinMalta qal li l-elezzjoni ġenerali tal-elfejn u sbatax kienet imbagħbsa.
F’din l-intervista, tkellem ukoll dwar ir-Russa Maria Efimova li qal li ma jtihiex tort li tiġi Malta.
Efimova li hija akkużata bi sperġur u li ħalfet falz fil-gidba Egrant, dan l-aħħar ġie rappurtat li bdiet tirrifjuta li tippreżenta provi li qabbdet esperti forensiċi biex jeżaminaw dak li qalet hi.
Qal, “U inti ttiha tort, li se tiġi u mhux se tiġi.”
Waqt din l-intervista, l-eks Kap Nazzjonalista qal kif l-istituzzjonijiet f’pajjiżna mhux qed jaħdmu.
Dan minkejja li hemm numru ta’ persuni akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u diversi persuni tressqu l-Qorti fl-aħħar ġimgħat dwar akkużi ta’ ħasil ta’ flus u frodi fost oħrajn.
Qal, “Imma miniex qiegħed nara azzjoni Andrew, ma nafx hux qed tara inti.”