Fi programm imxandar fuq l-istazzjon Smash, il-pastor tar-river of love Dr Gordon John Manchè għal darb’oħra ħadha qatta’ bla ħabel kontra koppji tal-istess sess.
Waqt il-programm huwa staqsa lin-nies lil min se jivvutaw u appella biex in-nies ma jivvutawx lil min mhux kontra li tfal jiġu addottati minn koppji omosesswali.
Qal kif, “meta tiġi l-elezzjoni int lil min se tivvota lin-nies tal-istess partit għax huma tad-demm tigeħek. Ikkunsidrajt x’jemmnu dawn. Ikkunsidrajt meta tiġi l-elezzjoni xi jridu? Huma kompletament kontra l-abort? Huma kompletament kontra pereżempju t-tfal jiġu adottati minn koppja tal-istess sess. Għax kristu huwa kontra dawn l-affarijiet.”
Manchè magħruf kemm huwa kontra li l-omosesswali jiżżewġu kompla b’diskors kontra l-liġi taż-żwieġ indaqs.
Qal, “qed nitkellem għall-kristjani u dawk li jħobbu lil kristu. Huma kontra l-prinċipji taż-żwiġijiet li alla ma jridx u huma kontra ta’ nies tal-istess sess? Alla ma jridx dawn l-affarijiet.”
Filwaqt li kompla jisħaq li unjoni ċivili mod imma żwieġ bejn koppji tal-istess sess mod ieħor, ċertu kotba fl-iskejjel sejħilhom perverżi għax juru familji differenti li għandna fis-soċjetà Maltija.
Manchè qal, “huma kontra li aħna nindottrinaw lit-tfal bil-kotba perverżi, mhux kollha, b’affarijiet perverżi, lit-tfal ta’ 6 snin jew 7 snin. … Jew anke aktar agħar fi skola tal-knisja għalhekk anke fil-knisja qed jirrenja l-anti-krist.”