Ajurplan tal-passiġġieri b’madwar 62 persuna abbord għeb ftit tal-ħin wara tluq tiegħu mill-kapitali Indoneżja, Jakarta.
L-ajruplan tal-linja Sirwijaya Air qata’ l-kuntatt waqt li kien fi triqtu lejn Pontianak.
Sajjied li kien fuq il-baħar qal li l-ajruplan waqa’ ġol baħar b’ħeffa ta’ sajjetta u sploda malli mess mal-ilma, filwaqt li numru ta’ residenti li joqgħodu viċin fejn qed jingħad li għeb l-ajruplan sabu xi oġġetti li qed jaħsbu li huwa mill-ajruplan.