Madwar tlettin persuna għerqet wara li dgħajsa li kienet qed iġġorr tim tal-futbol u segwaċi tagħhom inqelbet fix-xmara Alberta fl-Uganda.
Id-dgħajsa li kienet mimlija ġmielha kienet qed iġġorr madwar 45 persuna. Pulizija tal-lokal qalu li d-dgħajsa bdiet tiġi żbilanċjata meta bosta mill-persuni li kienu fuqha resqu fuq naħa waħda.
S’issa ttellgħu disa’ iġsma u ħmistax-il persuna ġew salvati.