Illum għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom ġewwa fabbrika fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi.
Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li trailer għeleb waqt li ħaddiem kien qiegħed jgħabbi xi xogħol. B’konsegwenza t’hekk, il-ħaddiem, li għandu 40 sena, residenti Ħal Qormi, sofra xi ġrieħi.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.