Grupp ta’ għaxar studenti mill-iskola sajf ta’ Wied il-Għajn, inagħqdu flimkien mal-Kunsill lokali biex inadfu partijiet minn Wied il-Għajn.
Dawn l-għaxar studenti kienu akkumpanjati minn 3 play workers li taw l-għajnuna tagħhom flimkien mas-sindku tal-lokal.
L-għan ta’ dan l-avveniment kien biex jiżdied l-għarfien fost it-tfal dwar l-importanza li jinżamm ambjent nadif u li jagħmlu dan b’mod prattiku.