Minn jgħid lit-tazza għal Wied u min jgħid lit-tazza għal Strada Rjali.
Dawn kienu l-kummenti ta’ diversi partitarji li ONE NEWS tkellem magħhom ftit siegħat qabel il-partitisima bejn Birkirkara u Ħamrun.
Rivalità bejn żewġ timijiet, li illum se tilħaq il-qofol tagħhom.
Propju fit-toroq tal-Ħamrun tkellimna mal-President ta’ Ħamrun, Joseph Portelli li tana l-ewwel kummenti tiegħu ftit siegħat qabel il-partita.
Miegħu ingħaqdu s-supporters ta’ Ħamrun li qed jittimaw li jiddefendu t-titlu u jgħollu għall-11-il darba fl-istorja tagħhom l-ogħla titlu fil-kampjonat Malti.
Madankollu, xi supporters Ħamruniżi irrikonoxxew il-fatt li t-tim ta’ Birkirkara huwa wieħed b’saħħtu.
Min-naħa tagħhom, il-Karkariżi qed jittimaw li jirbħu l-kampjonat għall-5 darba fl-istorja tagħhom wara nuqqas ta’ 12-il sena.
Kawti ukoll quddiem it-tim tal-Ħamrun li jekk jirbħu illum ikun it-tielet kampjonat konsekuttiv.
Aqra aktar: