Persuna sfat maqtula u tlieta oħra feruti metu kienu aggrediti minn raġel li xejjer daqqiet ta’ sikkina fi stazzjon tat-trejnijiet fil-Lvant ta’ Munich fil-Ġermanja. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5a.m.
L-agressur inqabad mill-Pulizija ftit tal-ħin wara li wettaq dan l-attakk. Xhieda li kienu fuq il-post semgħu lill-agressur jgħid “Allah hu l-akbar.”
Is-Sindku tal-lokalità ta’ Grafing qal li s-suspettat huwa ta’ nazzjonalità Ġermaniża u għandu 27 sena.