Anke waqt dibattitu parlamentari sensittiv dwar ġustizzja fil-mewt taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia fuq sit tal-kostruzzjoni, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għażlet li tkun partiġjana u diviżiva.
Wara diskors partiġjan tad-deputat tiegħu Jerome Caruana Cilia, Bernard Grech, il-Kap tal-Oppożizzjoni, saħansitra infexx jgħajjar lill-Prim Ministru “patetiku” waqt id-diskors tiegħu. Bl-aġir ta’ Bernard Grech ikun segwit minn deputati oħra, tant li l-ispeaker Anglu Farrugia kellu jwaqqfu għal iktar minn darba.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din mhux l-ewwel darba li l-Oppożizzjoni kienet partiġjana f’dibattiti sensittivi, tant li anke telqet ‘il barra waqt dibattitu dwar vjolenza domestika fost oħrajn.