Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista uża n-nofs siegħa għad-dispożizzjoni tiegħu fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista biex jattakka bl-addoċċ il-gvern u esponenti tiegħu, filwaqt li jkun negattiv fuq oqsma oħra, saħansitra dwar l-ekonomija.
Quddiem rapport wieħed wara l-ieħor pożittiv dwar pajjiżna u l-andament ekonomiku tiegħu Busuttil sejjaħ ir-riżultati fl-ekonomija bħala propoganda. Tant li filwaqt li l-Caritas qalet li l-faqar naqas hu qal li qed jiżdied.
Spikka l-mod kif irrefera għall-aġent Kummissarju tal-Pulizija li għajru “pupazz” u li “m’għandux dinjità.”
Għal darb oħra wera li ma jaqbilx mal-viżjoni tal-gvern fil-qasam tal-enerġija u s-settur tas-saħħa fejn reġa’ kien kritiku tal-proġett li se jibdel l-isptar San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Għalih dawn huma proġetti “skandalużi.”
L-uniku diskors pożittiv li kellu kien dwar il-liġi tal-istandards li prova jgħid li saret bis-saħħa tiegħu.